Brian Cini Huwa N-National Snooker Champion Għall-Istaġun 2020-21 

 Brian Cini Huwa N-National Snooker Champion Għall-Istaġun 2020-21 
 Ilbieraħ fl-Akkademja tal-Isnooker ġewwa l-Ħamrun saret il-finali tal-Kampjonat Premier li kienet kontestata minn Brian Cini u Aaron Busuttil.

Brian Cini irnexxielu jirbah din il-final bl-iscore ta’ 6-2 fejn l-ewwel tlett frames intrebħu minn Aaron Busuttil. Madanakollu, Brian Cini ma qatax qalbu u rnexxielu jirkupra mill-ewwel dawn iż-żewġ frames biex ġab id-draw ta’ 2-2. Brian irnexxielu ukoll jirbaħ l-4 frames li kien imiss fejn saħansitra, fi frame minnhom għamel break ta’ 88 punt.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Brian Cini qal li huwa kuntet immens li rnexxileu jirbaħ dan l-unur prestiġġjuż u li ma kinetx faċli li jasal għall-finali minħabba l-livell għoli li llum wieħed jista’ jsib fil-Kampjonat Premier. Brian qal li huwa jħares ‘l quddiem għall-istaġun li jmiss u ser jagħmel min kollox biex jerġa’ jiddefendi dan it-titlu.

Il-President tal-MBSA Ivan Brincat flimkien mal-Eżekuttiv tal-MBSA jirringrazzjaw lill-media kollha tal-ħidma tagħhom u tal-pubbliċità li taw lil dan l-isport matul dan l-istaġun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com