Distakk Ta’ 50,000 Vot Favur Il-Partit Laburista – Stħarriġ Mit-Times Of Malta
Fi stħarriġ xjentifiku li sar mit-Times of Malta, intqal li jekk issir elezzjoni issa, il-Partit Laburista se jgawdi minn distakk ta’ 50,000 vot favurieh.
Robert Abela igawdi fiduċja ta’ 27% ta’ punti vantaġġ fuq Bernard Grech. Intqal ukoll, li 78% ta’ dawk intervistati, qalu li se jivvutaw kif ivvutaw fl-2017.
Dan l-istħarriġ sar minn kumpanija indipendenti Esprimi bejn is-17 u l-21 ta’ Lulju li għadda li kien ukoll ibbażat fuq 600 parteċipant ta’ persuni minn 16-il sena ‘il fuq.
L-elezzjoni li jmiss ser tkun l-ewwel elezzjoni ġenerali li fiha persuni ta’ 16-il sena ser ikunu jistgħu jivvutaw.
Ritratt: EUObserver