Dun Albert Buhagiar Maħtur Arċipriet Tal-Parroċċa Ta’ Ħaż-Żebbuġ
Dun Albert Buhagiar ġie maħtur bħala arċipriet tal‑parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġira, Ħaż‑Żebbuġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
Huwa twieled Ħal Tarxien fid‑19 ta’ Awwissu 1964. Irċieva l‑formazzjoni għas‑saċerdozju fis‑Seminarju tal-Arċisqof f’Tal‑Virtù, ir‑Rabat, u segwa l‑istudji tal‑Filosofija u t‑Teoloġija fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑2 ta’ Lulju 1993.
Dun Albert serva bħala viċi kappillan fil‑parroċċa tal‑Gżira u fil‑parroċċa taż‑Żejtun. Fl‑1996 ġie appuntat segretarju privat tal‑Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fl‑istess żmien wettaq ukoll ħidma pastorali fil‑parroċċi ta’ Wied il‑Għajn u Ħal Luqa. Huwa kien ukoll arċipriet tal‑parroċċi tas‑Siġġiewi u l‑Mosta. F’Jannar tal‑2017 nħatar bħala Rettur tas‑Seminarju tal‑Arċisqof.
Awguri Dun Buhagiar.
Ritratt: Knisja.mt