€1,400 Kull Kamra Għal Kull Min Jiġi Bla Ċertifikat Tal-Vaċċin U Joqgħod F’Lukanda Ta’ Kwarantina

 €1,400 Kull Kamra Għal Kull Min Jiġi Bla Ċertifikat Tal-Vaċċin U Joqgħod F’Lukanda Ta’ Kwarantina

Aktar kmieni dalgħodu ħabbarna bit-tibdil li sar ftit ħin qabel daħal fis-seħħ l-avviż legali dwar l-ivjaġġar lejn Malta, fejn dan issa jgħid li persuni mingħajr ċertifikat tal-vaċċin tal-Covid-19 jistgħu jidħlu Malta bil-kundizzjoni li jridu jagħmlu kwarantina.

Dan it-tibdil sar wara kritika qawwija li saret mill-Unjoni Ewropea fil-konfront ta’ Malta. L-UE qalet li qed jinkiser ftehim li kien hemm bejn il-pajjiżi membri dwar il-vaċċin u l-libertà taċ-ċaqlieq tan-nies minn pajjiż għal ieħor u allura din id-deċiżjoni ta’ Malta hija waħda diskriminatorja.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, ikkonfermat ukoll permezz tal-mezzi soċjali li dawk il-persuni li ħa jiġu Malta mingħajr iċ-ċertifikat iridu jagħmlu l-kwarantina f’lukanda u jridu jħallsu mill-inqas €1,400 għal kull kamra għal dan il-perjodu ta’ kwarantina. .

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com