Eletti L-Membri Tal-Eżekuttiv Tal-PN
Ftit tal-ħin ilu għadu kemm spiċċa l-għad tal-voti fid-dar ċentrali tal-Partit Nazzjonalista sabiex jeleġġi l-President u l-membri tal-Eżekuttiv.
L-ewwel li kien konfermat huwa Mark Anthony Sammut bħala President tal-Kunsill Ġenerali. Mark ma’ ġiex kontestat f’din il-kariga però hu kien ikkonfermat b’79.2% tal-voti.
Sammut se jkun qed jieħu din il-kariga mingħand Ċensu Galea li kien laħaq President fi Frar tal-2020.
Tħabbru wkoll uffiċjalment il-kumplament tal-membri eletti tal-Eżekuttiv il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Dawn huma: Paula Mifsud Bonnici, Julie Zahra, Roselyn Borg Knight, Francesca Zammit, Veronica Perici Calascione u Michela Dalli għan-nisa, u Joe Giglio, Michael Piccinino, Alex Perici Calascione, Francis Zammit Dimech, Mark Azzopardi u Michael Fenech Adami
Il-lejla jiġi fi tmiem l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema Nemmnu Fik, Fiduċja F’Malta. Dan se jsir fil-Barrakka ta’ Fuq fis-6pm, fejn mistenni jagħlaq dan il-Kunsill Ġenerali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.