Esperti Jgħidu Li Sabu L-Marka Tas-Seba’ L-Kbir Ta’ Michelangelo

 Esperti Jgħidu Li Sabu L-Marka Tas-Seba’ L-Kbir Ta’ Michelangelo

Statwa żgħira tax-xema’ li tinstab fil-‘Victoria & Albert Museum’ ġewwa Londra setgħet ġabitna eqreb minn qatt qabel lejn Michelangelo, wara li l-esperti tal-mużew sabu dak li jemmnu li huwa l-marka tas-seba’ l-kbir tal-artist ċelebri tar-rinaxximent ippressat fil-materjal.

Speċjalisti f’dan il-Mużew skoprew il-marka fuq figura żgħira li hija l-abbozz ta’ parti minn monument li kellu jsir fl-irħam, però qatt ma tlesta kif pjanat.

Dan l-abbozz tax-xema’ għandu mal-500 sena, bit-titlu “A Slave,” kien parti mid-disinn ta’ Michelangelo għall-qabar elaborat ta’ Papa Julius II f’Ruma. Dan juri figura żagħżugħa nuda u b’idu qed jgħatti wiċċu.

Skont id-disinni li kien għamel Michelangelo, din l-istatwa kienet fost aktar minn 40 figura ‘life size’ li kienu pjanati għal-dan il-monument tal-Papa. Michelangelo beda jaħdem fuq dawn il-figuri tal-irħam għalkemm ma kienx laħaq lesta ix-xogħol. Il-pjanijiet għall-qabar tal-Papa aktar tard tbiddlu min dak oriġinali.

Illum dawn x-xogħolijiet ta’ Michelangelo mhux kompluti jinsabu għall-wiri Firenze.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com