Ġuvni U Tfajla Arrestati B’Rabta Ma’ Vandaliżmu Fil-Mellieħa
![Ġuvni U Tfajla Arrestati B’Rabta Ma’ Vandaliżmu Fil-Mellieħa](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/07/211307026_1205239976582979_1301301341219179879_n-850x560.jpg)
Ġuvni ta’ 19-il sena u tfajla ta’ 21 sena t-tnejn li huma Ingliżi ġew arrestati b’rabta mal-vandaliżmu li seħħ fuq is-salib tal-Pellegrini fil-Mellieħa.
Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija mis-Sezzjoni tar-Reati Maġġuri flimkien ma’ dawk tad-Distrett tal-Qawra, wasslu għall-arrest ta’ żewġ persuni b’rabta ma’ vandaliżmu li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa.
Iż-żewġ persuni qed jinżammu fil-Lock up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fil-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti għada.