“Gvern Ġdid Nazzjonalista Jitfa’ Lil Pajjiżna Fuq Il-‘Whitelist’ Fi 3 Xhur” – Il-Kap Tal-Opożizzjoni

 “Gvern Ġdid Nazzjonalista Jitfa’ Lil Pajjiżna Fuq Il-‘Whitelist’ Fi 3 Xhur” – Il-Kap Tal-Opożizzjoni

Il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech f’intervent telfoniku fuq NET FM qal li, għall-kuntrarju, Gvern ġdid Nazzjonalista jirnexxielu jitfa’ lil pajjiżna fuq il-whitelist fi tliet xhur għax il-Partit Nazzjonalista għandu relazzjoni tajba mal-entitajiet internazzjonali u Ewropej.

Saħaq li huwa inkwetanti kif issa anke r-Renju Unit ta ċertifikat ta’ sfiduċja lil pajiżna meta beda jqisu bħala high risk rigward il-ħasil tal-flus fejn qal li dawn i-ċertifikati se jkunu qed jolqtu lil kulħadd permezz ta’ aktar burokrazija u mistoqsijiet meta wieħed jipprova jinvesti flusu stess.

Rigward il-Covid-19, Grech tenna li l-Prim Ministru huwa resoonsabbli għal dak li qed jiġri f’pajjiżna għaliex minkejja li nbidel il-Ministru tat-Turiżmu, reġgħu sar l-istess żbalji.

Il-Kap tal-Opożizzjoni għamel referenza wkoll għat-tiġdid li l-PN għaddej minnu bħalissa fejn enfasizza li dan qed isir mhux biss fuq il-persuni imma wkoll fuq il-mod kif issir il-politika.

Dr. Bernard Grech sellem ukoll lill-atleti Maltin li bħalissa qed jipparteċipaw fil-Logħob Olimpiku u anke għamel referenza għan-nanniet u l-anzjani, fejn illum qed ikun iċċelebrat għall-ewwel darba l-Jum Internazzjonali għan-Nanniet u l-Anzjani.

Ritratt: Net News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com