Il-Gvern Qed Jikkunsidra Attivitajiet Bin-Nies Bilwieqfa

 Il-Gvern Qed Jikkunsidra Attivitajiet Bin-Nies Bilwieqfa

Minn wara Santa Marija il-Gvern qed jikkunsidra attivitajiet limitati bil-persuni li jattendu jkunu jistgħu jibqgħu bilwieqfa, dejjem jekk in-numri jippermettu. Dan tħabbar illum mid-Deputat Prim Ministru Dr. Chris Fearne waqt konferenza.

Matul din il-konferenza tħabbar ukoll li mid-19 ta’ Lulju ħa jinfetħu ċentri apposta fejn jibda jingħata t-tilqim għall-kontra l-COVID-19 mingħajr il-bżonn ta’ appuntament. Dan ħa jkun jgħodd għall-Maltin u residenti li jgħixu f’pajjiżna.

Il-mira tal-Gvern hija li jkollna 85% tal-adulti mlaqqma. Sal-lum huma 77% tal-adulti li huma mlaqqma kompletament waqt li 82.5% ħadu l-ewwel doża.

Dwar il-varjant Delta, Fearne qal li bħalissa Malta għandha biss każ wieħed attiv ta’ dan il-varjant, hekk kif persuna oħra li kellha l-varjant Delta fieqet ilbieraħ.

Il-Ministru Fearne ikkonferma wkoll li fl-isptar hemm żewġ persuni barranin, wieħed minnhom fl-ITU. Dawn iż-żewġ pazjenti ma ħadux it-tilqima. Kompla jgħid li 90% tal-każijiet pożittivi li qed jinstabu huma ta’ persuni li ma ħadux it-tilqima u madwar 45% tal-każijiet huma impurtati.

Dwar iż-żieda ta’ każi f’dawn l-aħħar jiem Fearne ddeskriva bħala “żieda żgħira”. L-ġimgħa li għaddiet ir-rata ta’ pożittività kienet ta’ 0.15% tal-iswab tests filwaqt li sal-bieraħ din telgħat għal 0.25%.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com