Il-Ħamrun Ikompli Jissebbaħ – Ifakkru Aktar Nostalġiji U Memorji

Il-Ħamrun qabad ritmu sew ta’ tisbieħ u qed jerġa’ jieħu lura l-glorja li kellu u l-isem li kien magħruf għalih.
Għadu kif tlesta mural mill-isbaħ li jfakkar nostalġiji u tifkiriet sbieħ relatati mal-Ħamrun; il-Qaddis San Ġorġ Preca u l-ferrovija li kienet tgħaddi minn dan il-lokal.
“Qaddis Malti li għex, għallem u waqqaf is-Soċjetà tal-Mużew fil-Ħamrun. Il-ġid u l-memorja tiegħu tibqa’ magħna. Triq li kienet tghaddi l-ferrovija” , kiteb is-Sindku Christian Sammut fuq il-facebook tiegħu.
Dan il-Mural li jkompli jsebbaħ il-proġett ġdid li sar f’din l-akkwata fil-Ħamrunsar mill-artist Justin Bonnici.
“Inkunu kburin bil-lokal tagħna u ejja ħa nieħdu ħsiebu flimkien”, appella s-Sindku.