Il-Każijiet Fl-Istati Uniti Mistennija Jiżdiedu U Ma Hemmx Ħsieb Li Jitneħħew R-Restrizzjonijiet

Il-White House qalet li l-każijiet tal-Covid-19 fl-Istati Uniti huma mistennija jkomplu telgħin fil-ġimgħat li ġejjin u li għalhekk, ittieħdet deċiżjoni li l-pajjiż iżomm mar-restrizzjonijiet li hemm attwalment.
Dan anke fir-rigward ta’ vjaġġar minn turisti barra mill-Amerka lejn il-pajjiż.
Fl-Istati Uniti saret pressjoni kbira biex jitnaqqsu r-restrizzjonijiet iżda l-Gvern ta’ Biden irrifjuta li jaqbel.
Ritratt: Financial Times