Il-PN Iwiegħed Li Jraħħas Il-Kontijiet Tad-Dawl B’Madwar €6 Miljun Fis-Sena

 Il-PN Iwiegħed Li Jraħħas Il-Kontijiet Tad-Dawl B’Madwar €6 Miljun Fis-Sena

“Il-Gvern għamel U-turn għall-fatt li qiegħed jistudja r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.”

Hekk sostna il-Partit Nazzjonalista f’stqarrija li ħareġ il-Kelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli Ryan Callus.

Callus qal li “wara li l-Labour għamel xhur jgħid li dan kien rapport draft illeakjat li m’għandux ikun ikkunsidrat, f’tentattiv li jirredikola l-Oppożizzjoni, illum il-Gvern kellu jibla’ kliemu u f’Uturn ħarbitlu li qiegħed jeżamina l-istess “draft report” li kien kritika hu stess. B’hekk il-Labour qiegħed jistudja s-serq li wettaq hu stess għax inqabad jisraq.”

Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li l-wegħda tiegħu hija li jirranġa l-mekkaniżmu li bih jinħadmu l-kontijiet sabiex jorħsu l-kontijiet b’madwar €6 miljun fis-sena u jħallas b’lura aktar minn €50 miljun fi ħlasijiet żejda li saru mill-2013 sal-llum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com