Il-Konkorsi Kanzunetta Indipendenza Jirritornaw Fuq Il-Fosos

 Il-Konkorsi Kanzunetta Indipendenza Jirritornaw Fuq Il-Fosos

Fi stqarrija ġie konfermat li għal sena oħra matul ix-xahar ta’ Settembru ser jiġu organizzati l-Konkorsi Kanzunetta Indipendenza.

Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior huma żewġ avvenimenti importanti fil-kalendarju tal-mużika u lirika oriġinali Maltija. Din is-sena, wara nuqqas ta’ tliet snin, dawn iż-żewġ konkorsi ser ikunu qed jirritornaw fuq il-Fosos tal-Floriana.

Naturalment, dan ikun possibbli dejjem b’rispett sħiħ u sakemm ikunu jippermettu l-linji gwida mogħtija mill-Awtoritajiet tas-Saħħa b’rabta mal-imxija tal-Covid 19.

L-applikazzjonijiet għaż-żewġ konkorsi se jiftħu nhar it-Tnejn 19 ta’ Lulju, mill-5.00pm ’l quddiem u jkunu jistgħu jinkisbu mir-reception ta’ MediaLink Communication.

Is-serati finali taż-żewġ konkorsi se jsiru nhar is-17 u t-18 ta’ Settembru.

B’kollox se jkunu qed jieħdu sehem 40 finalista maqsuma fuq iż-żewġ konkorsi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com