Il-Papa Bi Kliem Ta’ Appoġġ Lil Ħaddiema Tas-Servizzi Tas-Saħħa Pubblika
Il-Papa Franġisku lbieraħ għamel l-ewwel dehra pubblika tiegħu minn mindu għamel l-operazzjoni.
Il-Papa li għandu 84 sena indirizza folla sabiħa ta’ nies mill-gallarija tal-isptar Gemelli f’Ruma u uża l-okkażjoni biex jiddikjara l-appoġġ tiegħu għas-servizzi tas-saħħa pubblika madwar id-dinja.
“F’dawn il-jiem li fihom kont l-isptar,” huwa qal. “Esperjenzajt kemm hi importanti kura tas-saħħa tajba, aċċessibbli għal kulħadd, kif inhi fl-Italja u f’pajjiżi oħra. Sistema tal-kura tas-saħħa b’xejn li tiżgura servizz tajjeb u aċċessibbli għal kulħadd. Dan il-benefiċċju prezzjuż m’għandux jintilef. Jeħtieġ li jinżamm!”
Fil-gallarija miegħu kien hemm ukoll xi tfal li jinsabu morda serjament f’dan l-isptar.
Huwa għamel l-indirizz tiegħu eżattament fil-ħin li normalment jagħmel dan nhar ta’ Ħadd fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
Ritratt: Reuters / BBC