Il-Prezz Tal-Petrol Jilħaq L-Ogħla Spiża Fi Tmien Snin – F’Malta Jibqa’ L-Istess

 Il-Prezz Tal-Petrol Jilħaq L-Ogħla Spiża Fi Tmien Snin –  F’Malta Jibqa’ L-Istess

Il-prezzijiet tal-petrol fl-isfera internazzjonali għolew minħabba li għola l-prezz taż-żejt. Dan ifisser li 55 litru ġie jiswa 11.65 Euro aktar. 

Dan ifisser li ġaladarba l-prezz taż-żejt jogħla, jgħola wkoll il-fjuwil bil-konsegwenza li miljuni ta’ persuni fl-Ingilterra se jħallsu prezz għoli sew.

Dan qed jitqies bħala l-ogħla prezz li qatt kien il-petrol fi tmien snin. Intqal ukoll li dawn il-prezzijiet, kapaċi jħaffu l-proċess biex dak li jkun jaqleb għal karozzi elettriċi.

It-total biex timla kompletament il-karozza tiegħek bid-diesel fl-Ingilterra, issa ġie jiswa 86.07 Euro, li jfisser żieda ta’ 1.63 Euro fix-xahar.

Madanakollu, wara ħidma li kienet saret mill-Ministeru għall-Enerġija mmexxi dak iż-żmien mill-Ministru Michael farrugia, fil-bidu tal-2020, f’pajjiżna se jibqa’ l-istess.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com