Il-Varjant Delta Jkompli Jinfirex Sew Madwar L-Ewropa

 Il-Varjant Delta Jkompli Jinfirex Sew Madwar L-Ewropa

Il-każijiet tal-varjant Delta qed ikomplu jinfirxu b’rata mgħaġġla madwar l-Ewropa. Dan qed joħloq tħassib serju fejn hemm saħansitra pajjiżi li qed jaħsbu li jdaħħlu restrizzjonijiet oħra relatati mal-ivvjaġġar.

L-aktar li qed jinfirx b’mod mgħaġġel huwa fi Franza u l-Ġermanja. Fil-fatt il-varjant Delta tal-Covid-19 ikkawża mal-20% tal-każijiet ġodda fi Franza fl-aħħar jiem.

Fil-Ġermanja, in-numru ta’ każijiet li ġew mill-varjant Delta żdiedu b’aktar mid-doppju fi żmien verament qasir tant li l-Ministru għas-Saħħa Franċiż, Olivier Veran li ddikjara li l-persentaġġ tal-każijiet ġodda kkawżati mill-varjant Delta kie qiegħed jiżdied. Din il-ġimgħa, fil-fatt, 20 fil-mija tal-każijiet il-ġodda fil-pajjiż, ġejjin mill-varjant Delta.

Il-varjant qed jinfirex sew għax jittieħed iktar malajr. Ir-rata ta’ infezzjoni b’dan il-varjant hija 40% iktar minn dik misjuba għall-varjant tar-Renju Unit. Qed jingħad li sa nofs is-sajf li ġej, dan il-varjant se jkun żdied sew f’bosta pajjiżi.

Ritratt: DW

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com