“In-Nies Ma Ħadux Il-Vaċċin Biex Jakkomodaw It-Turisti u N-Negozji… Iridu Ħajjithom Lura” – Dj Joven

 “In-Nies Ma Ħadux Il-Vaċċin Biex Jakkomodaw It-Turisti u N-Negozji… Iridu Ħajjithom Lura” – Dj Joven

Dj Joven tkellem fuq il-midja soċjali tiegħu dwar wera r-rabja tiegħu għal mod kif qed tkun immaniġġjata s-sitwazzjoni preżenti fejn ġab paragun bejn każ tiegħu u dak li seħħ fil-Ħamrun ilbieraħ.

“Ilbieraħ l-għażiż Assistent Kummisarju ried iwaħħalna €6000 kull wieħed għax wara 17 il-xahar imċaħdin minn dak li nħobbu ridna nagħmlu demostrazzjoni paċifika, organizzata bid-distanza soċjali u bil-kontrol ta’ ‘security personnel.’ Illum fil-Ħamrun hemm festa!!!”, kiteb Joven.

Filwaqt li feraħ lill-partitarji Ħamruniżi, qalilhom li għamlu sewwa u biex ma jħallux minn iżommhom milli jiċċelebraw għaliex fl-isptar, m’hemm ħadd bil-Covid.

“In-nies ma ħadux il-vaċċin biex jakkomodaw it-turisti u n-negozji ta’ xi erba’ pampaluni… iridu ħajjithom lura”, qal Joven.
Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com