Il-WHO Tisħaq Li Ninsabu F’Mument Delikat Ħafna

 Il-WHO Tisħaq Li Ninsabu F’Mument Delikat Ħafna

Waqt konferenza tal-World Health Organization li saret nhar l-Erbgħa li għadda, Dr. Mike Ryan Direttur Eźekuttiv qal li matul dawn il-ġimgħat il-każijiet żdiedu mal-pajjiżi kollha b’mod mgħaġġel.

Dr. Mike Ryan kompla jgħid li ma jfissirx li għax għadna l-vaċċin għadna niftħu kollox u jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha, din l-idea hija falza u żbaljata. Saħaq li hemm 3 punti għaliex jaħseb hekk u semma li l-fatt li ma hemmx vaċċin biżżejjed biex jitlaqqam kulħadd u l-vaċċin mhux qed jasal għand kulħadd, kif ukoll il-fatt li għadna ma nafux il-vaċċin kemm huwa b’saħħtu u kemm jibqa’ effettiv fil-ġisem.

Saħaq li “tkun perikoluża ħafna l-idea li naħsbu li la ħadna l-vaċċin issa kulħadd huwa protett u nistgħu nkomplu l-ħajja tagħna b’mod normali.”

Kompla jgħid li l-WHO wissiet lil Gvernijiet sabiex joqgħodu attenti ħafna f’dan il-mument delikat sabiex ma jintilifx dak kollu li ksibna matul ix-xhur li għaddew.

X’taħseb int dwar dan ?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com