“In-Naxxar Illum Tilef Ġentlom”
Għan-Naxxar u n-Naxxarin illum hija ġurnata ta’ swied il-qalb.
Bla dubju dalgħodu wieħed seta’ jinnota numru kbir ta’ messaġġi fuq il-mezzi soċjali b’mod partikolari tal-għaqdiet Naxxarin kollha fejn ħabru l-mewt ta’ Victor Stivala magħruf bħala s-Sax, wieħed minn fost l-ulied Naxxarin.
Victor kellu għal qalbu ħafna lil din il-belt u lill-għaqdiet kollha u kien jagħmel dak kollu li jista’ sabiex jgħin lil kulħadd b’kull mezz li jista’. F’Ħafna mill-messaġġi ntqal li Victor kien ġentlom u benefattur kbir tan-Naxxar. “Grazzi ta’ Kollox Victor, Marija Bambina tilqgħek fi ħdanha” hekk kien il-messaġġ komuni dalgħodu fost in-Naxxarin.
Il-funeral ħa jsir nhar it-Tnejn li ġej fid-8:45am fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, Naxxar.
F’isem it-tim ta’ Strada Rjali nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha.