Nirien F’Scrapyard Fil-Marsa – Pumpiera Qed Jikkontrollaw Is-Sitwazzjoni

 Nirien F’Scrapyard Fil-Marsa – Pumpiera Qed Jikkontrollaw Is-Sitwazzjoni

Jidher li nirien żviluppaw f’impjant li jaħżen ħadid għar-riċiklaġġ fi Triq Garbaldi, il-Marsa.

Skond rapporti li qed jidħlu fuq is-siti tal-aħbarijiet lokali jidher li l-Pulizija ġew infurmata b’dan l-inċident għall-ħabta tas-12:50pm.

Fuq il-post hemm numru kbir ta’ vetturi u membri tal-protezzjoni Ċivili li qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin, għalkemm jidher li ma’ kien hemm ħadd li weġġa f’dan l-inċident.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com