Inċident Tat-Traffiku Fi Triq San Pawl fin-Naxxar

 Inċident Tat-Traffiku Fi Triq San Pawl fin-Naxxar

Ilbieraħ, għal xi t-20.00, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq San Pawl, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda, misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Iklin, u vettura BMW, misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti n-Naxxar.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com