Investiment Ta’ €44 Miljun Fi Proġett Ta’ Ħangar Ġdid Tal-Ajruplani Minn SR Technics

 Investiment Ta’ €44 Miljun Fi Proġett Ta’ Ħangar Ġdid Tal-Ajruplani Minn SR Technics

Minkejja d-diffikultajiet li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, fix-xhur li ġejjin SR Technics se tkun qed tiffinalizza xogħol f’ħangar ġdid tal-ajruplani. Kumpanija ewlenija fid-dinja li tagħmel xogħol ta’ MRO, SR Technics qed tippjana biex fix-xhur li ġejjin tiffinalizza proġett b’investiment ta’ €44 miljun fuq ħangar tal-ajruplani, fejn 75% ta’ dan il-proġett huwa komplut.

Akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv ta’ SR Technics Jean-Marc Lenz u l-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise Kurt Farrugia, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli żaret ix-xogħlijiet li qed isiru. Meta jitlesta x-xogħol, SR Technics Malta qed tippjana biex timpjega aktar nies, li jwassal għal total ta’ 350 impjegat.

SR Technics qed tespandi l-operat permezz ta’ bini modern ta’ ħangar ġdid li se jilqa’ ajruplani akbar, liema proġett, se jkun fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru, u li se jassisti lil SR Technics iżżid il-kapaċità tagħha billi takkomoda sa sitt ajruplani f’daqqa għal manutenzjoni bħal Base Maintenance Checks, modifikazzjonijiet u retrofits.

Din il-kumpanija tipprovdi servizz ta’ MRO  għas-settur tal-avjazzjoni ġewwa Zurich fl-Iżvizzera. Matul din iż-żjara, issemma l-appoġġ għall-impjegat f’Malta u dak li ngħata mill-gvern, li permezz tiegħu SR Technics irnexxielha tassigura li dan il-proġett iħalli l-frott.

Għalkemm il-pandemija ħalliet impatt negattiv fuq is-settur tal-avjazzjoni, huwa inkoraġġanti li nara kumpanija ewlenija bħalma hi SR Technics timxi ‘l quddiem b’dan il-proġett. Ta’ min jirrimarka li dan kollu kien possibbli grazzi għas-sapport li ngħata mill-gvern u minn Malta Enterprise matul dawn iż-żminijiet ta’ diffikultà, kif ukoll il-bżulija tal-ħaddiema. Dan il-proġett huwa simbolu ta’ fiduċja f’Malta, bħala pajjiż li jattira kumpaniji għall-investiment, joperaw u tgħinhom jikbru”, qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SR Technics Jean-Marc Lenz qal li, “Bħala operatur ewlieni tal-magna MRO, SR Technics  għandha impenn fit-tul li tkompli tagħti servizz ta’ MRO f’Malta.  Fost l-isfidi li kellna kien dak tal-ħangar il-ġdid, però illum kburi li qed nara x-xogħol li qed jiġi iffinalizzat. Dan se jkun qed iwassal għal aktar servizzi ta’ kwalità għolja lil konsumatur u jiftaħ bibien ġodda għal aktar opportunitajiet. Qed nistennew li jkollna żieda f’investiment lokali, żieda fil-ħaddiema u tisħiħ fis-servizz lejn il-konsumatur, fejn dan se jwassal għal żieda fis-suq lokali. SR Technics hija grata  u tirringrazzja lill-gvern u lil Malta Enterprise, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ diffikultà, u  għaldaqstant tħares ‘il quddiem biex isir it-trasferiment fil-faċilitajiet il-ġodda.”

 

Min Huma L-SR Technics?

SR Technics hija kumpanija ewlenija li tipprovdi servizz ta’ MRO fl-industrija tal-avjazzjoni ġewwa l-kwartieri tagħha fi Zurich, fl-Iżvizzera.  Din il-kumpanija qed taħdem  ma’ diversi partners u business developers f’uffiċini fl-Ewropa-Amerka, l-Asja u l-Lvant Nofsani. SR Technics toffri diversi servizzi, fosthom soluzzjonijiet attrezzati apposta skont il-bżonnijiet tal-konsumaturi, fejn jidħol xogħol ta’ manutenzjoni, tiswija u reviżjoni tal-magni u l-qafas tal-ajruplani, kif ukoll komponenti oħra li jinkludu sapport tekniku lil aktar minn 500 konsumatur madwar id-dinja. Biex tibda l-vjaġġ ta’ MRO żur: www.srtechnics.com.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com