Żagħżugħ Ta’ 14-il Sena Weġġa’ Serjament Wara Li Waqa’ Fuq Il-Blat

 Żagħżugħ Ta’ 14-il Sena Weġġa’ Serjament Wara Li Waqa’ Fuq Il-Blat

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li weġgħat fiż-żona ta’ Tignè, Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Ċiniż ta’ 14-il sena, residenti Tas-Sliema waqa’ fuq il-blat.

Iż-żagħżugħ ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Claire Stafrace Zammit L.L.D. li ordnat inkjesta.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com