“Irridu Li Nibqgħu L-Partit Tax-Xogħol” – Il-PM Robert Abela

 “Irridu Li Nibqgħu L-Partit Tax-Xogħol” – Il-PM Robert Abela

Waqt Business Breakfast mtella’ mill-Partit Laburista bħala parti minn konsultazzjoni li qed issir dwar id-dokument ‘100 IDEA’ il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li “Fl-aħħar xhur, mhux biss iġġeddidna fl-istrutturi u fil-persuni, iżda iktar importanti minn hekk iġġeddidna fil-ħsieb. Mill-gvern adottajna bidliet rivoluzzjonarji, mill-oqsma tal-governanza sa dawk soċjali. Bidliet li kienu ilhom mistennija żmien u li anke jekk sibna ma’ wiċċna pandemija ma xiex nissieltu, kellna l-kuraġġ li nwettquhom u nwassluhom.” Dan kien il-messaġġ li wassal Robert Abela lil dawk preżenti għal dan id-djalogu.

Huwa kompla jgħid li jemmen li ma’ dak li ksibna sal-lum nistgħu nwettqu iktar biex fejn aħna fost l-aqwa nibqgħu mal-aqwa u fejn ilħaqna l-medja nimmiraw għall-quċċata.

“Smajna u kkonsultajna għaliex nemmnu li kulħadd għandu x’joffri, u huwa meta niġu flimkien li joħorġu l-aqwa ideat. Għalina l-prinċipji jibqgħu konsistenti. Irridu li nibqgħu l-partit tax-xogħol, tal-għaqal fit-tmexxija u dak li jassigura t-tqassim tal-ġid b’mod ġust.” Hekk saħaq il-Mexxej Laburista Robert Abela.

Il-Prim Ministru spjega kif kien dan li wassal biex bis-sehem ta’ persuni minn kull sfond tal-ħajja, qed jitwettaq proċess li permezz tiegħu smajna u kkonsultajna biex żviluppajna ħsibijiet dwar għaxar oqsma li lkoll huma importanti.

Il-Prim Ministru temm jgħid li b’dak li kiseb il-Partit Laburista sal-lum u s-suċċessi li għamilna sal-lum huma biss il-motivazzjoni biex bħala Għawdxin u Maltin niksbu aktar flimkien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com