“Is-Setturi Tagħna Ġew Diskriminati Għal Darba, Darbtejn, Tlieta” – Howard Keith Debono

 “Is-Setturi Tagħna Ġew Diskriminati Għal Darba, Darbtejn, Tlieta” – Howard Keith Debono

F’kumment fuq il-mezzi soċjali il-President tal-MEIA Howard Keith qal li għada se jkun il-belt Valletta quddiem il-parlament bi plakka li tgħid “daqshekk diskriminazzjoni għall-arti u d-divertiment.”

Dan wara ċ-ċelebrazzjonijiet li saru l-bieraħ ġewwa l-Ħamrun li baqgħu għaddejjin sa tard bil-lejl, attività li qajmet kontroversja b’kummenti u reazzjonijiet differenti fuq il-mezzi soċjali matul il-ġurnata tal-lum. Min qal li għamlu sew u min ma jaqbilx ma dak kollu li sar.

Fost dawn hemm in-nies li jaħdmu direttament fis-settur tad-divertiment u l-arti li jinsabu diżappuntati għal mod kif qed jsiru dawn l-affarijiet.

Howard kompla jgħid li “qed nagħmel dan għax nemmen fid-drittijiet tal-arti u l-ħaddiema kollha f’din l-industrija tant sabiħa. Industrija li ġiet demonizzata globalment u anke f’Malta, li ġiet maħkumha min narrativa ta’ ifred u saltan u li qed tinqered.”

Dan fid-dawl ukoll li nhar l-Erbgħa li għadda l- MEIA kellha tagħmel protesta b’mod paċifiku fil-Belt Valletta, sabiex taqbeż għad-drittijiet tal-artisti. Madankollu, jum biss qabel il-protesta l-Pulizija infurmat lill-MEIA li l-protesta ma tistax issir minħabba r-restrizzjonijet marbuta mal-pandemija. l-MEIA għamlet din il-protesta online.

Howard kompla jgħid “li s-setturi tagħna ġew diskriminati għal darba, darbtejn, tlieta”

Bosta kkummentaw ukoll dwar il-fatt li l-festi u bosta attivitajiet kulturali oħra ma’ jistgħux isiru minħabba r-restrizzjonijiet.

Ritratt: Facebook/MEIA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com