“Jekk Allaħares Qatt Dan Il-Virus Kellu Jibda Jattakka Lit-Tfal, Inkun L-Ewwel Wieħed Li Nagħlaq Ir-Ristorant Tiegħi” – Sean Gravina
Sean Gravina, l-kok magħruf fejn kemm-il darba jikteb fuq il-mezzi soċjali dwar dak li jkun għaddej u l-ħsibijiet tiegħu speċjalment dan l-aħħar fir-rigward il-pandemija.
F’messaġġ li kiteb illum qal li issa la darba li r-Renju Unit irrilaxxa ħafna mir-restrizzjonijiet fir-rigward il-Covid-19 iridu nsegwu dak li jkun qed jiġri u x’riperkussjonijiet serji ħa tħalli din id-deċiżjoni. Sean meta qed jitkellem dwar dan qal li “meta nfisser riperkussjonijiet ma nfissirx każijiet u numri! Ejja nimxu ‘l quddiem! nfisser nies li qed jidħlu l-isptar u mwiet —jiġifieri issa dik biss għanda tkun l-aġenda!”
Gravina fil-messaġġ tiegħu kompla jgħid li “l-aġenda l-ġdida tista’ tinbidel biss għal raġuni waħda, jekk Allaħares qatt dan il-virus kellu jibda jattakka lit-tfal, inkun l-ewwel wieħed li nagħlaq ir-ristorant tiegħi jew noħroġ minn dari sabiex nkompli naħdem.”
“Barra minn hekk irridu bis-serjetà nibdew nimxu ‘l quddiem minn dan kollu u nħallu lilna nfusna ngħixu hekk kif il-ħsara mentali hija problema reali u serja ħafna” tenna Gravina.
Sean Gravina kompla jgħid li f’Malta ir-rata tat-tilqim hija tajba ħafna hekk kif aktar minn 80% ħadu l-vaċċin “wasal iż-żmien li nibdew nikkunsidraw dak li għamel ir-Renju Unit u nżommu biss kontroll fuq il-fruntieri tagħna għalissa. Dan il-virus qiegħed hawn biex jibqa’, ħudu l-vaċċin u ejja nkomplu ngħixu” ikkonkluda Sean Gravina.
X’taħseb dwar dan il-ħsieb ta’ Sean Gravina?
Ritratt: Facebook / Sean Gravina