Jitolbu Lill-Professur Gauci Tirrevedi L-Protokolli Biex Isiru L-Festi Tal-Irħula

 Jitolbu Lill-Professur Gauci Tirrevedi L-Protokolli Biex Isiru L-Festi Tal-Irħula

Fi stqarrija mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda intqal li huwa mistħoqq li s-Supretendent tas-Saħħa l-professur Charmaine Gauci flimkien mal-Għaqda nnifisha, terġa’ tirrevedi l-protokolli sabiex  b’hekk ikun permess li jiġu ċċelebrati, anke jekk b’mod ridott, il-festi u avvenimenti kulturali relatati. Dan biex tħares ukoll dan il-wirt kulturali nazzjonali.

Fl-istess stqarrija, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda awgurat lill-Ħamrun Spartans filwaqt li uriet id-dispjaċir li f’pajjiżna, donnu l-liġi mhix għal kulħadd l-istess.

Dan fid-dawl taċ-ċelebrazzjonijiet li saru lbieraħ fil-Ħamrun.

Ritratt: http://cyberspaceandtime.com/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com