L-Avukat Jonathan Attard Se Jiġi Co-Opted Għal Deputat Parlamentari

 L-Avukat Jonathan Attard Se Jiġi Co-Opted Għal Deputat Parlamentari

L-avukat Jonathan Attard se jkun qed jieħu l-ġurament bħala deputat parlamentari iktar tard illum, wara li l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista qablu unanimament li jkun co-opted fil-parlament.

Dan wara r-riżenja ta’ Dr. Manuel Mallia, li nħatar bħala Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit.

F’stqarrija l-Partit Laburista qal li Jonathan Attard ilu jipprattika ta’ avukat mill-2015 u minbarra li hu gradwat b’dottorat fil-liġi, gradwa wkoll fil-Komunikazzjoni u l-Istudji Soċjali. Fl-aħħar snin kien fdat biex jaħdem fuq diversi riformi leġiżlattivi u riformi kostituzzjonali. Għandu wkoll esperjenza fil-ġurnaliżmu u kien involut ukoll fit-trejdjunjoniżmu mal-General Workers Union.

Il-Partit Laburista jrodd ħajr lill-avukat Emmanuel Mallia tas-sehem tiegħu fil-politika Maltija u jawguralu fil-ħidma l-ġdida tiegħu favur pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com