L-Għaqda Repubblika Ressqet Protest Ġudizzjarju Minħabba Li Ma Tħallewx Jidħlu Fil-Parlament
Dalgħodu, l-Għaqda Repubblika ressqet protest ġudizzjarju minħabba li l-aċċess għall-Gallerija tal-Parlament tħalla magħluq u ma’ tħallewx jidħlu.
Il-protest ġudizzjarju, ippreżentat kontra l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia u l-Iskrivan tal-Kamra Raymond Scicluna u ffirmat mill-avukati Paul Borg Olivier u Eve Borg Costanzi, jargumenta li l-pandemija kienet “skuża dgħajfa” biex iċ-ċittadini jiġu miċħuda d-dritt tagħhom li josservaw id-dibattiti u l-proċess leġiżlattiv b’mod fiżiku.
Huma kienu bagħtu talba lill-Iskrivan tal-Kamra, fejn talbu 30 biljett għas-sessjoni tal-lum, iżda dan ġie miċħud.
L-Għaqda Repubblika qalet li dan kien abbuż serju mill-Ispeaker u mill-Iskrivan biex jillimitaw l-aċċess għall-Gallerija u ma kinitx l-ewwel darba li dan ġara waqt dibattiti dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku.
Ritratt: Facebook