“L-Gvern Irid Jaħdem Biex Il-Każijiet Tal-Covid-19 Jerġgħu Jinżlu Sabiex Malta Terġà Tkun Fuq Il-Lista Il-Ħadra” – MHRA

 “L-Gvern Irid Jaħdem Biex Il-Każijiet Tal-Covid-19 Jerġgħu Jinżlu Sabiex Malta Terġà Tkun Fuq Il-Lista Il-Ħadra” – MHRA

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) fi stqarrija qalet li l-Gvern irid jaħdem biex il-każijiet tal-Covid-19 jerġgħu jinżlu sabiex Malta terġà tkun fuq il-lista il-ħadra tal-ivjaġġar tal-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li “Xogħol Malta issa huwa li tara li kulħadd ikun imlaqqam biex kull resident f’Malta jkun protett”.

L-MHRA saħqu wkoll li l-Gvern għandu jippublika n-numri ta’ każijiet fl-isptarijiet aktar milli kemm qed jinstabu każijiet kuljum ta’ Covid-19.

Il-President tal-MHRA qal li s-sitwazzjoni hija waħda komplessa u appella lill-Gvern sabiex jaħdem kemm jista’ jkun viċin tagħhom sabiex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet biex ma ssirx aktar ħsara.

MHRA tkellmet ukoll dwar il-problema  ta’ nuqqas ta’ ħaddiema fl-industrija tal-ospitalita fejn appellat lill-Gvern biex jeżenta l-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul mill-overtime u l-part-time għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur tat-turiżmu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com