L-Ombudsman Jippreżenta R-Rapport Annwali 2020 Lill-Ispeaker Tal-Kamra

 L-Ombudsman Jippreżenta R-Rapport Annwali 2020 Lill-Ispeaker Tal-Kamra

L-Ombudsman Parlamentari, s-Sur Anthony C. Mifsud, ippreżenta r-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman għall-2020 lill-President tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Dr Angelo Farrugia.

Ir-Rapport Annwali jiddeskrivi s-sena 2020, bħala s-sena li fiha l-Uffiċċju fakkar il-ħamsa u għoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-istituzzjoni tal-Ombudsman f’Malta, u bħala sena ta’ kriżi, sfidi w opportunitajiet li fiha l-Uffiċċju kellu jiffaċċja pandemija globali li fixklet l-mod ta’ ħajja u l-etiċi tax-xogħol fil-pajjiż.

Bħala riżultat dirett tas-sitwazzjoni Covid-19 l-Uffiċċju esperjenza tnaqqis sostanzjali fl-ammont ta’ każijiet ġodda li tressqu meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  L-Uffiċċju esperjenza wkoll tnaqqis simili fin-numru ta’ talbiet għall-informazzjoni jew assistenza li rċieva.

In-numru ta’ każijiet imressqa matul l-2020 quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman kienu 503 każi, jiġifieri 15% inqas mis-sena ta’ qabel. Nofs dawn l-ilmenti ġew investigati mill-Uffiċċju tal-Ombudsman stess filwaqt li l-kumplament ġew investigati mill-Kummissarju għas-Saħħa, mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar u mill-Kummissarju għall-Edukazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com