Mara Fir-Russja Msawta Sal-Mewt U Titlef Tarbija

 Mara Fir-Russja Msawta Sal-Mewt U Titlef Tarbija

Alexandra Polynova, ta’ 39 sena tkellmet dwar l-attakk brutali li sofriet mir-raġel tagħha biex toħloq kuxjenza dwar l-abbuż domestiku. Dan il-każ seħħ fir-Russja.

Dmitry Trapeznikov, 39, ġie arrestat wara mill-Pulizija wara li ħataf u sawat lil Alexandra b’mod bruttali li spiċċat tilfet it-tarbija li kien ħa jkollhom flimkien.

Il-każ beda meta Alexandra telqet mid-dar wara li kienet qed tkun abbużata b’mod kontinwu. Jidher li darba fost l-oħrajn Dmitry stennija ħierġa mix-xogħol u ħatafha u ħadha bil-karozza ġo dar abbandunata.

Alexandra Polynova r-rakkontat li hemmhekk ġiet msawwta u torturata, kellu pistola ukoll fejn beda jheddidha li ħa joqtolha.

Alexandra kellha 8 ġimgħat tqala, imma sfortunatament bix-xeba’ li qalet tilfet it-tarbija.

Wara xi ġranet tiġi msawwta f’din id-dar, omma nkwetat fuq bintha u r-rapportata nieqsa lil Pulizija.

Finalment il-Pulizija sabu d-dar u Dmitry ġie arrestat u Alexandra ttieħdet lis-sptar b’urġenza minħabba telf kbir ta’ demm li sofriet.

Tinstema xi storja minn xi film, però din hija storja vera li ġrat fir-Russja.

Ritratti: The Sun

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com