Maskri Ġodda Tal-Wiċċ Jistgħu Jindunaw B’Infezzjoni Covid-19
Inġiniera fl-Università ta’ Harvard iddisinjaw maskra tal-wiċċ ġdida li tista’ tinduna jekk min jilbisha, għandux il-Covid-19 jew le fi żmien madwar 90 minuta. Il-maskri huma inkorporati b’sensors ċkejkna li jintremew wara l-użu li jistgħu jitwaħħlu f’maskri tal-wiċċ oħra u jistgħu jiġu adattati wkoll biex jikxfu viruses oħra.
Dawn is-sensers huma bbażati fuq makkinarju ċellulari mnixxef bil-friża li t-tim tar-riċerka żviluppa qabel għall-użu bħal viruses Ebola u z-Zika. Fi studju ġdid, ir-riċerkaturi wrew li dawn is-sensors jistgħu jiġu inkorporati mhux biss fil-maskri tal-wiċċ iżda wkoll ħwejjeġ bħall-kowtijiet tal-laboratorju, li potenzjalment joffru mod ġdid biex jissorveljaw aħjar il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa.
Dawn il-maskri tal-wiċċ huma ddisinjati sabiex ikunu jistgħu jiġu attivati minn min jilbisha meta jkunu lesti biex iwettqu t-test, u r-riżultati jintwerew biss fuq ġewwa tal-maskra, għall-privatezza.