“Miexi Ġmielu X-Xogħol Fuq L-Akbar Spazju Miftuħ Ta’ Pajjiżna” – Ian Borg
Bħal issa fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali għaddej xogħol ta’ riġenerazzjoni kif ukoll qed tkun estiża l-art u l-ispazji ta’ dan il-park bi spazju totali ta’ 60 grawnd tal-futbol.
Fil-fatt il-Gvern waqqa’ fabbrika illegali tal-konkrit li kienet biswit dan il-park, b’dan l-ispazju ħa jkun qed jintuża b’mod professjonali għal kunċerti jew attivitajiet kbar.
Parti min dan il-proġett huwa li jitħawwlu 80 elf siġra madwar din iż-żona kollha kif ukoll qed isir xogħol ta’ trinek sabiex ikun jista’ jinżamm l-ilma tax-xita.
Parti oħra fil-Park Nazzjonali hija l-anfiteatru li hemm fejn dan ħa jkun qed jiġi irranġat bl-għan li dan l-ispazju jkun jista’ jintuża għal attivitajiet artistiċi u kulturali.
Dalgħodu żar dan il-proġett il-Ministru Ian Borg fejn u mifhum li fuq dan il-proġett qed jaħdmu mal-250 ħaddiem, fejn sal-aħħar tas-sena mistenni tkun lesta l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett.
Il-Ministru fuq il-mezzi soċjali qal li din hija “ħolma ta’ ħafna li qed nagħmlu realta’. Grazzi lill-ħaddiema kollha tal-impenn tagħhom”