Nirien Ħakmu Residenza Fin-Naxxar

Nirien ħakmu residenza fin-Naxxar fiż-żona ta’ San Pawl tat-Tarġa, illum għall-ħabta tal-4:30pm.
S’issa jirriżulta li ma’ weġġa ħadd f’dan l-inċident għalkemm s’issa għadu mhux magħruf il-kawża tan-nar.
Mill-ewwel fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nar.
Aktar investigazzjonijiet għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar.