Nuqqas Ta’ Attenzjoni “Devastanti” Waqt Il-Finali Tal-Euro 2020 – WHO
In-nuqqas ta’ ħsieb għat-tixrid tal-COVID-19 fil-finali tal-UEFA Euro 2020 kien “devastanti”, hekk qalet l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Maria Van Kerkhove, epidemjologa tal-mard infettiv kif ukoll tmexxi grupp tekniku tal-WHO għall-COVID-19, qalet permezz ta’ Tweet waqt il-partita tal-Ħadd li din kienet waħda ta’ frustrazzjoni biex issegwi.
Madwar 60,000 partitarju tal-futbol Ingliż u Taljan kienu fl-Istadju Wembley ta’ Londra biex jaraw il-logħba, ħafna ma kienux qed libsin maskri wisq anqas josservaw id-distanza soċjali.
Van Kerkhove esprimiet it-tħassib tagħha li l-avveniment se jżid it-tixrid tal-COVID-19, inkluż il-varjant Delta, l-aktar li jinfirex.
“Suppost qed nieħu pjaċir nara li qed isseħħ quddiem għajnejja?” qalet, fejn iddeskriviet ix-xeni bħala “devastanti”.
Kompliet tgħid li “Il-varjant Delta se jieħu vantaġġ minn nies mhux imlaqqma, f’ambjenti ffullati, mingħajr maskra u b’nies jgħajjtu u jkantaw.”
Ir-Renju Unit bħalissa qed jesperjenza żieda mill-ġdid ta’ infezzjonijiet minħabba l-varjant Delta, li nstab għall-ewwel darba fl-Indja.
Ix-xahar li għadda, Ministru tal-Gvern Ġermaniż appella lill-Gvern Ingliż u lill-UEFA biex inaqqsu n-numru ta’ partitarji permessi f’Wembley.
Il-Prim Ministru tal-Italja Mario Draghi kien esprima wkoll tħassib dwar it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet fir-Renju Unit.
Ritratt: inews.co.uk