Ġurnata B’Differenza Għar-Residenti Ta’ Dar Nazareth

 Ġurnata B’Differenza Għar-Residenti Ta’ Dar Nazareth

Il-kandidata żagħżugħa f’isem il-Partit Laburista fuq it-tielet u s-seba’ distrett, Alicia Bugeja Said, ilbieraħ iltaqgħet mar-residenti tal-Fondazzjoni Dar Nazareth.

Fondazzjoni Dar Nazareth bħalissa tmexxi tlett id-djar fiż-Żejtun u l-għan prinċipali tagħha hu li tipprovdi dar mimlija mħabba għal persuni b’diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jgħixu mal-familja tagħhom, u fl-istess ħin ikunu attivi fil-komunità.

Ir-residenti kellhom l-opportunità sabiex igawdu dawra fuq id-dgħajjes fir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk.

Flimkien ma’ Alicia Bugeja Said, daru dawra ħelwa fil-port ta’ Marsaxlokk stess u kellhom iċ-ċans jiltaqgħu mal-Eċċellenza tagħha, il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca li tokkupa lir-rwol ta’ President tal-fondazzjoni.

Ir-residenti temmew il-ġurnata bi tbissima u ikla apetituża f’Marsaxlokk stess.

Il-kandidata Alicia Bugeja Said tirringrazzja lil dawk kollha li għamlu din l-attività’ possibbli fosthom il-boat trip operators.

Attivitajiet bħal dawn huma ta’ min ifaħħarhom, prosit Alicia!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com