Possibbiltà Li Dawk Mlaqqma Flok 14-il Ġurnata Kwarantina Jagħmlu 5 T’Ijiem

 Possibbiltà Li Dawk Mlaqqma Flok 14-il Ġurnata Kwarantina Jagħmlu 5 T’Ijiem

Wara li lbieraħ il-Kamra tal-Kummerċ appellat lil Gvern sabiex jikkunsidra li jemenda l-liġi dwar il-kwarantina għal dawk li huma vaċċinati, f’intervista ma’ Times of Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li bħal issa qed tiġi evalwata din il-possibilità.

Il-Ministru qal li l-pjan huwa li persuni mlaqqma kompletament jkunu jistgħu joħorġu mill-iżolament wara ħamest ijiem ladarba jkunu għamlu PCR test u jkun irriżulta negattiv.

Fearne kompla jgħid li bħal issa qed jaraw din il-possibilità, però jiddependi mil-fatt li r-rata ta’ nies li jidħlu lis-sptar tibqa baxxa. Huwa qal li wieħed irid jagħti ftit ċans biex jaraw kif ħa tkun is-sitwazzjoni fil-jiem li ġejjien għaliex Fearne spjega kif normalment l-għadd ta’ persuni li jkollhom jirrikorru għal-isptar jiżdied wara ġimgħatejn jew tliet ġimgħat minn meta jkunu żdiedu l-każijiet.

Il-Ministru qal li jaf sa l-aħħar ta’ Lulju jkollna stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com