Raġel Residenti L-Gżira Arrestat B’Rabta Ma’ Traffikar Tad-Droga
![Raġel Residenti L-Gżira Arrestat B’Rabta Ma’ Traffikar Tad-Droga](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/07/Ritratt-ta-Stqarrija-Stampa-PR-536-21-2-850x560.jpg)
Sqalli ta’ 48 sena, residenti l-Gżira, ilbieraħ war nofs inhar ġie arrestat mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema b’rabta ma’ traffikar tad-droga kokaina.
Wara jiem ta’ osservazzjoni fuq residenza fi Triq Sir Charles Cameron, il-Gżira, b’suspett li fiha qiegħed isir traffikar ta’ droga u allegatament huwa nvolut ir-raġel barrani, il-Pulizija tad-Distrett esegwew mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu
Wara li ġie arrestat, saret tfittxija fir-residenza, kif ukoll fil-vettura tiegħu, fejn instabu madwar 20 qartas b’sustanza suspettata droga kokaina u madwar €3,000 fi flus kontanti.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti għada.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.