Raġel Waqa’ Minn Gallarija F’Tal-Pieta’

 Raġel Waqa’ Minn Gallarija F’Tal-Pieta’

Raġel ta’ 34 sena minn Nepal waqa’ minn gallarija, għoli madwar sular.

l-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-11:30pm, f’Telgħet Gwardamanġa, f’Tal-Pieta’.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post flimkien ma’ tim mediku fejn ta l-għajnuna lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com