“Min Ma Jħallasx Taxxa, Ikun Qed Jisraq Il-Poplu Tagħna” – Evarist Bartolo

 “Min Ma Jħallasx Taxxa, Ikun Qed Jisraq Il-Poplu Tagħna” – Evarist Bartolo

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo tkellem dwar it-taxxa fuq il-midja soċjali tiegħu fejn spjega l-importanza u l-użu tagħha.

Qal li għal bosta snin, tħallew ma jinġabrux taxxi li jammontaw għal iżjed minn biljun ewro.

“Għandna ftit tużżani ta’ nies li jaqilgħu ħafna flus imma jħallsu inqas taxxi mill-impjegati tagħhom.”
“L-20 fil-mija ta’ dawk li jaqilgħu l-iżjed għandhom 37 fil-mija tal-ġid tal-pajjiż waqt li l-20 fil-mija li jaqilgħu l-inqas għandhom 10 fil-mija mill-ġid tal-pajjiż”, spjega l-Ministru Bartolo fejn qal li din id-diżugwaljanza setgħet kienet ferm iżjed, li kieku t-taxxi u s-servizzi soċjali ma humhiex eżistenti.
Spjega kif il-ġid tas-sinjuri ġej mix-xogħol li jagħmlu għalihom dawk ta’ taħthom.
“Hemm bżonn li bis-serjetà niġbru t-taxxi li għandhom jinġabru. Min ma jħallasx it-taxxa kif suppost, ikun qed jisraq lill-poplu tagħna”, spjega l-Ministru Evarist Bartolo fejn fakkar li 73 sena ilu, kien il-Partit Laburista li daħħal it-taxxi biex jitqassam il-ġid u jdaħħal il-ġustizzja soċjali ħalli min m’għandux jgħix ma’ min għandu.
Madanakollu, 73 sena, il-PN għamel il-kontra u kien qal li l-gvern bħal qisu qed idaħħal idejh fil-but tan-nies u joħdilhom flushom.
“Il-PN żamm mas-sinjuri li ma riedux iħallsu t-taxxi. Ma qalx li t-taxxi se jservu biex tidħol il-pensjoni u servizzi soċjali oħrajn u biex dawk bla flus ikollhom id-dritt igawdu mis-servizzi tal-edukazzjoni u s-saħħa”, temm jgħid il-Ministru Evarist Bartolo.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com