“Raqdu Biex Itaffu L-Ġuħ” – Bħalissa Għaddejja L-Maratona ‘Oħloq Tbissima’

Fuq il-paġna ta’ Oħloq Tbissima’ li hija maratona ta’ 60 siegħa xandir bil-għan li jinġabru fondi għall-missjoni fil-Peru, Pakistan u fil-Filippini, imtella’ mill-MSSP (Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl), qed isir appell imqanqal.
“Illum il-Ħadd u minn jaf x’ikla kilt f’nofsinhar – u min jaf x’raqda rqadt wara. Il-Familji fil-Peru, fil-Pakistan u fil-Fillippini raqdu wkoll… Raqdu mhux għax kielu imma biex itaffu t-tbatija tal-ġuħ.”
Inti tista’ tagħti sehemek billi tibgħat sms fuq:
51002031 – €20
51902080 – €50
https://ohloqtbissima.com/donate jew permezz tal-BOV Mobile Pay 79202035