Sewwieq Ta’ Mutur Iweġġa’ F’Inċident Tat-Traffiku
Ġermaniż ta’ 37 sena li jgħix il-Mellieħa sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għal xis-7:30pm, fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur u karozza tat-tip Renault Clio.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Is-sewwieq tal-karozza, raġel ta’ 55 sena residenti l-Mosta, ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.