Sportivi Nazzjonali – Bdew Jitqassmu T-Trofej Lir-Rebbieħa tal-61 Edizzjoni
Ftit tal-ġranet ilu, uħud mir-rebbieħa tal-61 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, flimkien mal-isponsors, ġew mitluba jattendu għall-preżentazzjoni qasira fl-uffiċju tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Is-serata finali li kienet saret nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu, ma setgħetx issir bħas-soltu fil-preżenza ta’ dawk kollha involuti u ma setgħux jingħataw it-trofej lir-rebbieħa.
L-unuri mqassma kienu:
Tim tas-Sena – TIM NAZZJONALI TAL-FUTBOL TAN-NISA (Futbol)
Kowċ tas-Sena – DEVIS MANGIA (Coach Tim Nazzjonali tal-Futbol Irġiel)
Uffiċjal tas-Sena – JOSEPH MUSCAT (Segretarju Ġenerali Malta Basketball Association)
People’s Choice Award – MARK MARLOW (President Malta Employers Sport Association)
Unur Special Olympics Atleta Maskili – MARK SERGE (Ten Pin Bowling)
Unur Special Olympics Atleta Femminili – KLARA ZAMMIT (Għawm).
Fil-ġranet li ġejjin se jsiru preżentazzjonijiet oħra għall-kumplament tar-rebbieħa li huma:
L-Isportiv tas-Sena – DEJAN GRECH (Eight Ball Pool)
L-Isportiva tas-Sena – HALEY BUGEJA
Iż-Żagħżugħ tas-Sena – RICHARD SCHULTHEIS (Ibburdjar)
Iż-Żagħżugħa tas-Sena – TENISHIA THORNTON (Weightlifting)
L-Avveniment Internazzjonali tas-Sena – KAMPJONAT EWROPEJ TAL-EIGHT BALL POOL
Ritratt: GHgS