Tfal Jużaw Il-Coca Cola Biex Taparsi Pożittivi Għall-Covid U Ma Jmorrux Skola

Tfal minn Liverpool fl-Ingilterra, jidher li sabu mod kif jaħarbu lezzjoni fiżikament fil-klassi tal-iskola fejn jattendu. Dan billi meta jagħmlu t-test tal-Covid-19, bdew jużaw coca li mid-dehra, fih ċerti kimika li timmarka daqs li kieku għandek it-traċċi tal-virus Covid-19 ġo fik.
Intqal ukoll li dan jiġri hekk, minħabba l-ammont ta’ aċidu li fiha din ix-xarba. Kemm huma intelliġenti t-tfal e?!