Uħud Jiskandalizzaw Għax Użajna L-Kelma Maltija ‘Ġabha’!!!
B’referenza għall-artiklu li ppubblikajna lbieraħ bl-isem: “Pulizija Stuprata F’Għassa Tal-Pulizija Stess – Wara Li Ġabha Mesaħ Bil-Mopp”, bosta kien r-reazzjoni ta’ persuni li donnhom skandalizzaw bil-kelma ‘ġabha.’
Għandkom dritt! Iżda, nistaqsu għaliex? M’huwhiex dik il-kelma li tintuża? Jew donnu hawn uħud li qisu semgħuha l-ewwel darba u ħassewhom iffastidjati.
‘Eġakola’, li ntużat minn siti oħra, wara kollox mhix il-kelma Maltija u anqas nidħlu f’x’jużaw jew le. Aħna deherilna li ma weġġajna lil ħadd iżda onorajna l-lingwa tagħna għaliex użajna kelma Maltija li tintuża ta’ kuljum, minn kulħadd u kullimkien.
Ritratt: Widewalls