Voluntiera Jieħdu Sehem F’Eżerċizzju Ta’ Simulazzjoni Ta’ Diżastru
Is-Sibt li għadda, voluntiera mill-Emergency Fire and Rescue (EFRU) ħadu sehem f’eżerċizzju ta’ inċident maġġuri fl-inħawi ta’ Marsaxlokk, bħala parti minn programm ta’ taħriġ Team Dynamics. F’din is-simulazzjoni, il-grupp ta’ parteċipanti f’dan il-programm ingħaqdu ma’ voluntiera oħra mħarrġa minn din l-Unità. It-tim ta’ AHEX Limited ħoloq xenarju realistiku għal simulazzjoni ta’ inċident li fih kienu involuti ħafna nies feruti u viċin facilitá ta’ ċertu importanza.
Dan ix-xenarju kumpless li nħoloq għal din is-simulazzjoni, kien jirrikjedi li titwaqqaf Bażi tal-Operazzjoni li tinkludi unitá ta’ Kmand u Kontroll u sub-timijiet varji tal-EFRU, li jintbagħtu fuq il-post taħt is supervizjoni tal-Incident Commander. Dan is-setup għen fl-effiċenza tal-operazzjonijiet ta’ salvataġġ biex jinħarġu l-vittmi maqbuda u li kien jibbaża ħafna fuq il-ħiliet tat-teknika tas-salvataġġ.
L-eżerċizzju sar ukoll grazzi għal 14-il voluntier li ħadu l-irwoli ta’ vittmi u ta’ infermiera professjonali li kien parti minn programm tal-leadership imfassal u mwettaq għall-EFRU minn AHEX, bħala parti mill-programm ta’ svilupp tat-tmexxija tagħhom “Lead First”.
Din l-Unità (EFRU) bagħtet 23 voluntiera ta’ salvataġġ imħarrġa u ħames vetturi tas-salvataġġ mill-kwartieri tagħhom. Mal-wasla fuq is-sit, it-tim tal-Kmand affaċċja xenarju realistiku b’għadd sostanzjali ta’ vittmi b’kumplikazzjonijiet u riskji ulterjuri ta’ tunnels b’aċċess remot, strutturi mġarrfa jew fi stat ħażin ħafna u f’temperaturi ta’ madwar 35 grad celcius b’ħafna umditá. Kif ġiet ippjanata l-operazzjoni ta’ salvataġġ, intbagħtu l-unitajiet tal-klieb biex ikunu jistgħu jillokalizzaw il-vittmi. Wara l-klieb kien hemm timijiet ta’ salvataġġ li pprovdew l-ewwel għajnuna lill-vittmi u wara bdew jevakwawhom b’diveri metodi ta’ salvataġġ bħal per eżempju minn spazji ristretti u anke minn strutturi għolja bl-użu ta’ strecthers u slielem apposta.
Dan l-eżerċizzju kien qed jiġi osservat minn AHEX biex jistabbilixu r-rispons tal-EFRU f’inċident maġġuri fejn wara inagħata feedback lil kull tim biex ikunu jistgħu jieħdu idea ta’ kif kienu qegħdin imexxu u biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom fil-futur. Il-Konsulent tal-pjanijiet tal-emergenza ta’ AHEX Charles Milroy kien impressjonat bir-rispons ta’-EFRU u qal li “l-EFRU hija unità organizzata u mħarrġa fl-ivelli għoljin u li kellhom rispons eċċellenti f’xenajru daqshekk kumpless. Huma ħadmu tajjeb ħafna bħala tim f’kundizzjonijiet diffiċi fejn irnexxilhom ukoll jaqbżu l-aspettazzjoniijiet tagħhom.”