X’Hemm Isbaħ Minn Pultruna U Veduta!

 X’Hemm Isbaħ Minn Pultruna U Veduta!

Persuni mhux magħrufa riedu jgawdi mill-aħjar li jistgħu din il-veduta mill-aqwa ħdejn il-baħar, saħansitra niżlu żewġ pultruni biex ikunu komdi żgur.

Jekk dan mhux il-każ allura dawn twaddbu għal isfel u kumbinazzjoni baqgħu sħaħ u ġew f’pożizzjoni tajba daqs li kieku poġġihom xi ħadd.

Dawn il-pultruni tħallew fit-tarf ta’ Wied ix-Xoqqa f’Birżebbuġa. Din hija żona ta’ konservazzjoni ambjentali minħabba li fl-irdum jbejjet iċ-cief u l-garni

Bla dubju ż-żewġ xenarji huma ħżiena ħafna u dan affarijiet tal-mistħija li għad hawn nies mingħajr rispett lejn pajjiżhom u lejn l-ambjent li ngħixu fih.

Grazzi lil ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif u Manutenzjoni li neħħew dan l-iskart fiż-żmien qasir.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com