Żewġ Nisa Jaqgħu Għal Isfel 6,300 Pied Minn Fuq Bandla Fir-Russja

 Żewġ Nisa Jaqgħu Għal Isfel 6,300 Pied Minn Fuq Bandla Fir-Russja

Filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali juri żewġ nisa jitbandlu għal fuq għoli ta’ 6,300 pied fuq is-‘Sulak Canyon’ fir-Reġjun Degastan fir-Russja.

Il-filmat ittieħed f’Ġunju li għadda imma kien ixxerjat riċentament fuq il-midja soċjali fejn juri li f’daqqa waħda, inqatgħet iċ-ċinga bil-konsegwenza li n-nisa spiċċaw isfel.

In-nies preżenti jinstemgħu jgħajtu bit-terrur. Mirakolożament, in-nisa waqgħu fuq pjattaforma tal-injam u salvaw.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com