1.2 Tunnellati Ta’ Skart Miġbura Minn Qiegħ Il-Baħar Fi Ftit Siegħat

 1.2 Tunnellati Ta’ Skart Miġbura Minn Qiegħ Il-Baħar Fi Ftit Siegħat

L-organizzazzjoni Żibel qed tkompli b’diversi inizjattivi ta’ ġbir ta’ skart max-xtut tagħna.

Matul l-aħħar inizjattiva nġabru 1.2 tunnellati ta’ skart minn qiegħ il-baħar, fiż-żona magħrufa ta’ l-Għażżenin, f’San Pawl il-Baħar.

Fost l-iskart li nabbar kien hemm 253 flixkun tal-plastik, 68 landa, sunbeds, biċċiet tal-fiber u żewġ magni tad-dgħajjes.

  • Plastik 167.5 kg
  • Materjal użat għas-sajd 184.76 kg
  • Ħġieġ 20.30 kg
  • Metal 238.44 kg
  • Skart mħallat 589.20 kg

B’total ta’ 1,200.20 kilogramma ta’ skart.

Dawn l-inizjattivi qed isiru wkoll bil-kollaborazzjoni tal-Malta Tourism Authority.

Ritratti: Alex Turnbull

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com